Language of document :

Rikors ippreżentat fil-5 ta' Ottubru 2012 - ancotel vs UASI - Acotel (ancotel.)

(Kawża T-443/12)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: ancotel GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Acotel SpA (Ruma, l-Italja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta' Awwissu 2012, fil-Każ R 1895/2011-4 (ex R 1385/2008-1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element vebali "ancotel", għal servizzi fil-klassijiet 35 u 38 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3 314 424

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Acotel SpA

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji li jinkludu l-element verbali "ACOTEL", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________