Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta' Mejju 2011 - Habanos vs UASI - Tabacos de Centroamérica (KIOWA)

(Kawża T-207/08) 1

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedeni COHIBA - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta' probabbiltà ta' konfużjoni - Nuqqas ta' xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (CE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Corporación Habanos, SA (Ħavana, Kuba) (rappreżentanti: inizjalment V. Gil Vega u A. Ruiz López, sussegwentement A. Ruiz López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tabacos de Centroamérica, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: R.M. Caldés Llopis, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta' Marzu 2008 (Każ R 1189/2001-2), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Corporación Habanos, SA u Tabacos de Centroamérica, SL.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Corporación Habanos, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

Tabacos de Centroamérica, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 209, 18.08.2008