Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Team Relocations et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-204/08 u T-212/08) 1

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta' ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni tas-sejħa għal offerti - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Linji gwida dwar il-kalkolu tal-multi tal-2006)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Team Relocations NV (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: H. Gilliams u J. Bocken, avukati) (Kawża T-204/08); Amertranseuro International Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit); Trans Euro Ltd (Londra); u Team Relocations Ltd (Londra) (rappreżentant: L. Gyselen, avukat) (Kawża T-212/08)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Europea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Antoniadis u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni C (2008) 926 finali tal-Kummissjoni, tal-11 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 - Servizz ta' ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)    Team Relocations NV, Amertranseuro International Holdings Ltd, Trans Euro Ltd u Team Relocations Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż

____________

1 - ĠU C 197, 02.08.2008.