Language of document : ECLI:EU:T:2011:224





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Mejju 2011 – Habanos vs UASI –Tabacos de Centroamérica (KIOWA)

(Kawża T-207/08)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KIOWA – Trade marks Komunitarja u nazzjonali figurattivi preċedenti COHIBA – Raġuni relattiva għal rifjut – Nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Nuqqas ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 29, 63, 64)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Marzu 2008 (Każ R 1189/2001‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Corporación Habanos, SA u Tabacos de Centroamérica, SL.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Tabacos de Centroamérica, SL

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark figurattiva KIOWA għal prodotti fil-klassi 34 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3963931

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Corporación Habanos, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade mark figurattiva COHIBA (Trade mark Komunitarja Nru 3323292), trade mark verbali COHIBA (Trade mark Spanjola Nru 1271173) u trade mark figurattiva COHIBA (Trade mark Spanjola Nru 2052344) għal prodotti fil-klassi 34

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Corporación Habanos, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

3)

Tabacos de Centroamérica, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha.