Language of document :

Rikors ippreżentat fid-9 ta' Ġunju 2008 - Habanos vs UASI - Tabacos de Centroamérica (KIOWA)

(Kawża T-207/08)

Lingwa li biha ġie ppreżentat ir-rikors:L-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Corporación Habanos, SA (Havana, Kuba) (rappreżentanti: V. Gil Vega abogado u A. Ruiz López, abogada)

Konvenut: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appel : Tabacos de Centroamérica, SL (Pozuelo de Alarcón, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tal-31 ta' Marzu 2008, u tikkonstata li effettivament jeżistu xebh u probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade mark imħallta KIOWA u t-trade marks imħallta preċedenti COHIBA, li jidentifikaw prodotti identiċi, kif ukoll tentattiv, min-naħa tar-rikorrenti, ta' vantaġġ inġust / ħsara magħmul lejn il-karattru distintiv jew lejn ir-reputazzjoni tat-trade marks preċedenti COHIBA ċċitati iktar 'il fuq u, b'konsegwenza, tiċħad ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 3.963.931 KIOWA (imħallta); jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni ta' l-UASI ċċitata iktar 'il fuq, tordna ir-retroattività ta' l-atti u li jintbagħtu lura quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI għall-finijiet ta' l-analiżi u ta' l-eżami ta' l-allegazzjonijiet u tal-provi relatati ma' l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 40/94, kif ukoll

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta' l-istanzi kollha, inklużi l-onorarji tar-rappreżentanti tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Tabacos de Centroamérica S.L.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva "KIOWA" għal prodotti tal-klassi 34 (applikazzjoni Nru 3.963.931)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: Corporación Habanos S.A., li fil-kummerċ topera bl-isem Habanos S.A.

Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: trade mark figurattiva "COHIBA" (trade Komunitarja Nru 3.323.292), trade mark verbali "COHIBA" (trade mark Spanjola Nru 1.271.173) u t-trade mark figurattiva "COHIBA" (trade mark Spanjola Nru 2.052.344) għal prodotti tal-klassi 34.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: tiċħad l-oppożizzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: tiċħad ir-rikors.

Motivi invokati: b'mod partikolari, livell għoli ta' xebh bejn it-trade marks in kwistjoni, li joħloq probabbiltà ta' konfużjoni.

____________