Language of document : ECLI:EU:T:2013:31

Kawżi magħquda T‑225/06 RENV, T‑255/06 RENV, T‑257/06 RENV u T‑309/06 RENV

Budějovický Budvar, národní podnik

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjonijiet għal trade marks Komunitarji verbali u figurattivi BUD — Denominazzjonijiet ‘bud’ — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Jannar 2013

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Kundizzjonijiet — Użu tas-sinjal fil-kummerċ — Portata lokali tas-sinjal — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4))

2.      Trade mark Komunitarja — Deċiżjonijiet tal-Uffiċċju — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Prassi deċiżjonali preċedenti tal-Uffiċċju

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark mhux irreġistrata jew ta’ sinjal ieħor li jintuża fil-kummerċ — Trade marks verbali u figurattivi BUD — Denominazzjonijiet “bud”

(Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 8(4))

1.      L-għan ta’ din il-kundizzjoni, previst fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 40/94 dwar it-trade mark Komunitarja, fir-rigward tal-użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali, huwa li jiġu limitati sinjali kunfliġġenti billi jiġi prekluż li dritt preċedenti li ma jkunx ikkaratterizzat biżżejjed, jiġifieri importanti u sinjifikattiv fil-kummerċ, jista’ jkun ta’ ostakolu għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja ġdida. Tali fakultà ta’ oppożizzjoni għandha tkun riżervata għas-sinjali li huma effettivament u realment preżenti fis-suq rilevanti tagħhom. Sabiex ikun ta’ ostakolu għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal ġdid, dak li huwa invokat insostenn tal-oppożizzjoni għandu effettivament jintuża b’mod suffiċjentement sinifikanti fil-kummerċ u jkollu portata ġeografika li ma tkunx biss lokali, li jimplika li, meta t-territorju ta’ protezzjoni ta’ dan is-sinjal jista’ jiġi kkunsidrat bħala mhux lokali, dan l-użu jkun seħħ f’parti importanti ta’ dan it-territorju. Sabiex jiġi ddeterminat jekk dan huwiex il-każ, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni t-tul u l-intensità tal-użu ta’ dan is-sinjal bħala elementi distintivi għad-destinatarji tiegħu li huma kemm ix-xerrejja u l-konsumaturi kif ukoll il-fornituri u l-kompetituri. F’dan ir-rigward, huma rilevanti b’mod partikolari l-użi tas-sinjal magħmula fir-reklamar u fil-korrispondenza kummerċjali. Barra minn hekk, l-evalwazzjoni tal-kundizzjoni dwar l-użu fil-kummerċ għandha ssir separatament għal kull territorju fejn id-dritt li huwa invokat insostenn tal-oppożizzjoni huwa protett. Fl-aħħar nett, l-użu tas-sinjal inkwistjoni fil-kummerċ għandu jiġi pprovat qabel id-data ta’ preżentata tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja.

(ara l-punt 47)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 53)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 55-57, 64, 66)