Language of document : ECLI:EU:T:2014:439





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Syria International Islamic Bank vs Il-Kunsill

(Kawża T‑293/12)

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Oneru tal-prova – Talba għad-danni”

1.                     Rikors għal annullament – Interess ġuridiku – Rikors ippreżentat kontra att imħassar – Effetti rispettivi tat-tħassir u tal-annullament – Żamma tal-interess tar-rikorrenti li jikseb l-annullament tal-att ikkontestat (Artikoli 264 TFUE u 266 TFUE; Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/782/PESK u 2012/335/PESK) (ara l-punti 35-41)

2.                     Unjoni Ewropea – Stħarriġ ġudizzjarju tal-legalità tal-atti tal-istituzzjonijiet – Miżuri restrittivi kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi ta’ ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata – Stħarriġ limitat għar-regoli ġenerali – Stħarriġ li jkopri l-evalwazzjoni tal-fatti u għall-verifika tal-provi għall-atti li japplikaw għal entitajiet speċifiċi (Artikolu 29 TUE ; Artikolu 215(2) TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 544/2012; Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK) (ara l-punti 54-57)

3.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors intiż għall-kumpens għad-danni kkawżati minn istituzzjoni tal-Unjoni – Assenza ta’ indikazzjonijiet dwar in-natura u l-portata tad-dannu sostnut u dwar ir-rabta kawżali – Inammissibbiltà (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 72-75, 83)

4.                     Proċedura ġudizzjarja – Produzzjoni tal-provi – Terminu – Preżentazzjoni tardiva tal-provi – Kundizzjonijiet (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(1)) (ara l-punti 76-79)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 165, p. 20, rettifika ĠU 2012, L 173, p. 27), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 165, p. 80), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 2012/544/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li jimplimenta l-Artikolu 32(1) tar-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, huwa annullat sa fejn dan jirrigwarda lil Syria International Islamic Bank PJSC.

2)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2012/335/PESK, tal-25 ta’ Ġunju 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/782/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, hija annullata sa fejn din tirrigwarda lil Syria International Islamic Bank.

3)

It-talba għad-danni hija miċħuda bħala inammissibbli.

4)

Syria International Islamic Bank għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess.

5)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll tliet kwarti ta’ dawk esposti minn Syria International Islamic Bank.