Language of document : ECLI:EU:T:2014:675





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2014 — Il‑Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑295/12)

“Għajnuna mill-Istat — Servizzi ta’ rimi ta’ karkassi tal-annimali u ta’ skart tal-biċċeriji — Żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Vantaġġ — Servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali — Kumpens relatat mal-obbligu ta’ servizz pubbliku — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni — Neċessità tal-għajnuna — Sussidjarjetà — Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.                     Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Definizzjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Investigazzjoni tal-Kummissjoni limitata għall-każijiet ta’ żball manifest (Artikoli 14 TFUE, 106(2) TFUE, 107 TFUE, 108 TFUE u 168 TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2001/C 17/04, punt 22) (ara l-punti 44-46, 50-53, 175, 176)

2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Teħid ta’ responsabbiltà għall-ispejjeż taż-żamma ta’ riżerva ta’ kapaċitajiet f’każ ta’ epiżutija — Spiża inerenti għall-attività ekonomika tal-persuni li jrabbu u tal-biċċeriji — Inklużjoni — Applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġeż iħallas (Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE; Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 1069/2009) (ara l-punti 58-61)

3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Deċiżjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Element insuffiċjenti sabiex iwassal għall-annullament tad-deċiżjoni — Rekwiżit ta’ vantaġġ ekonomiku għall-benefiċjarju tal-għajnuna (Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE) (ara l-punti 67, 138, 173)

4.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw l-ispejjeż tal-missjonijiet ta’ servizz pubbliku sosnuti minn impriża — Esklużjoni — Kundizzjonijiet — Obbligi ta’ servizz pubbliku ddefiniti b’mod ċar — Stabbiliment b’mod oġġettiv u trasparenti tal-parametri li jservu għall-kalkolu tal-kumpens — Limitazzjoni tal-kumpens għall-ispiża — Determinazzjoni tal-kumpens, fl-assenza tal-għażla tal-impriża permezz ta’ proċedura ta’ kuntratt pubbliku, abbażi tal-analiżi tal-ispejjeż ta’ impriża ta’ daqs medju tas-settur ikkonċernat (Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE) (ara l-punti 69, 70, 84, 87, 92-97, 100, 111, 127, 130-133, 185)

5.                     Kompetizzjoni — Impriżi responsabbli għall-ġestjoni ta’ servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali — Kumpens għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-funzjoni ta’ servizz pubbliku — Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri — Limiti — Investigazzjoni tal-Kummissjoni — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (Artikoli 106(2) TFUE u 107(1) TFUE) (ara l-punti 110, 116)

6.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni (Artikoli 107(1) TFUE u 296 TFUE) (ara l-punti 134, 145, 163)

7.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Kunċett — Għoti ta’ vantaġġ lill-benefiċjarji — Miżuri intiżi sabiex jikkumpensaw eventwali żvantaġġi ta’ kompetizzjoni li jaffettwaw impriżi stabbiliti f’reġjun speċifiku ta’ Stat Membru — Inklużjoni (Artikolu 107(1) u (3) TFUE) (ara l-punt 144)

8.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Portata tal-oneru probatorju tal-Kummissjoni (Artikolu 107(1) TFUE) (ara l-punti 151, 152, 157, 160)

9.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati — Projbizzjoni — Derogi — Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Linji gwida li jirregolaw fuq livell tal-Unjoni l-għajnuna mogħtija f’forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku — Awtolimitazzjoni tas-setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi (Artikoli 107(3) TFUE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 2012/C 8/03, sezzjonijiet 2.2 sa 2.10) (ara l-punt 169)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni [2012/485/UE], tal-25 ta’ April 2012, dwar l-għajnuna mill-istat SA.25051 (C 19/10) (ex NN 23/10) mogħti[ja] mill-Ġermanja lil Zweckverband Tierkörperbeseitigung f’Rhineland-Palatinate, Saarland, Rheingau-Taunus-Kreis u Landkreis Limburg-Weilburg (ĠU L 236, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja hija kkundannata għall-ispejjeż.