Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Marzu 2012 - Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-123/09) 

"Għajnuna mill-Istat - Self permess lil kumpannija tal-ajru u li jista' jiġi attribwit fuq il-kapital proprju tagħha - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni - Bejgħ ta' assi ta' kumpannija tal-ajru - Deċiżjoni li tikkonstata n-nuqqas ta' għajnuna fi tmiem il-fażi preliminari ta' eżami - Rikors għal annullament - Locus standi - Parti kkonċernata - Ammissibbiltà - Diffikultajiet serji - Kompetenza - Obbligu ta' motivazzjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ryanair Ltd (Dublin, Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida u I. G. Metaxas-Maragkidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, D. Grespan u E. Righini, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri u P. Gentili, avukati); u Alitalia - Compagnia Aerea Italiana SpA (Fiumicino, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti, G. Bellitti, I. Perego, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/155/KE, tat-12 ta' Novembru 2008, dwar is-self ta' EUR 300 miljun li approvat l-Italja għall-kumpanija Alitalia Nru C 26/08 (ex NN 31/08) (ĠU 2009, L 52, p. 3) u talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2008) 6745 finali, tat-12 ta' Novembru 2008, li għandha bħala suġġett l-għajnuna mill-Istat N 510/2008 - l-Italja - Bejgħ ta' assi tal-kumpannija tal-ajru Alitalia.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ryanair Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea u ta' Alitalia - Compagnia Aerea Italiana SpA.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 141, 20.06.2009.