Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Phoenix-Reisen u DRV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-120/09) 1

"Għajnuna mill-Istat - Sussidju previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża għall-impriżi f'sitwazzjoni ta' insolvenza - Ilment minħabba allegat ksur tad-dritt Komunitarju - Ċaħda tal-ilment - Adozzjoni ta' deċiżjoni sussegwenti - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Phoenix-Reisen GmbH (Bonn, il-Ġermanja); u Deutscher Reiseverband eV (DRV) (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Gerharz u A. Funke, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Martenczuk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller u B. Klein, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2009 li permezz tagħha indikat l-intenzjoni tagħha li ma tiħux azzjoni fil-konfront ta' allegata għajnuna mill-Istat mogħtija permezz tal-ħlas ta' kumpens għal insolvenza mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Dispożittiv

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba sabiex din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-58/10 magħmula mir-rikorrenti.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1 - ĠU C 297, 05.12.2009.