Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta' Settembru 2011 - Sanofi Pasteur MSD vs UASI - Mundipharma (Rappreżentazzjoni ta' mnieġel kontra xulxin)

(Kawża T-502/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sanofi Pasteur MSD SNC (Lyon, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mundipharma AG (Basel, l-Isvizzera)

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' Lulju 2011 fil-Każ R 1904/2010-4;

tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta mnieġel kontra xulxin, għal prodotti fil-klassi 5 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5164561

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni ta' trade mark Franċiża Nru 94500834, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klass 5; reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 620636, tat-trade mark figurattiva li tirrappreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klassi 5; reġistrazzjoni ta' trade mark internazzjonali Nru 627401, tat-trade mark figurattiva li tirraprreżenta żigarelli, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 76 u 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, sa fejn il-Bord tal-Appell żbalja meta kkonstata li l-karattru distintiv miżjud tat-trade marks preċedenti ma kienx għadu qed jiġi invokat fil-proċedimenti tal-appell, u meta naqas milli jevalwa debitament il-probabbiltà ta' konfużjoni.

____________