Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2013 – Bank Melli Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-35/10 u T-7/11) 1

“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari Iffriżar ta’ fondi Obbligu ta’ motivazzjoni Drittijiet tad-difiża Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva Aspettattivi leġittimi Eżami mill-ġdid tal-miżuri restrittivi adottati Żball ta’ evalwazzjoni Ugwaljanza fit-trattament Bażi legali Forom proċedurali sostanzjali Proporzjonalità”

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bank Melli Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, L. Defalque u fil-kawża T-7/11, inizjalment L. Defalque u S. Woog, sussegwentement L. Defalque u C. Malherbe, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, M. Bishop u R. Szostak u fil-kawża T-7/11, inizjalment M. Bishop u G. Marhic, sussegwentement M. Bishop u B. Driessen, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues u É. Ranaivoson, aġenti); Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment S. Behzadi-Spencer, sussegwentement A. Robinson, u finalment A. Robinson u H. Walker, aġenti, assistiti minn S. Lee, barrister); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-kawża T-35/10, S. Boelaert u M. Konstantinidis u, fil-kawża T-7/11, S. Boelaert, M. Konstantinidis u F. Erlbacher, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 281, p. 81), tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/783/PESK, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413 (ĠU L 319, p. 71), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1245/2011, tal-1 ta’ Diċembru 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 319, p. 11), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1), u, min-naħa l-oħra, talba għall-annullament ta’ kull regolament futur jew ta’ kull deċiżjoni futura li jikkompleta jew jemenda wieħed mill-atti kkontestati li ser jidħol fis-seħħ fid-data li fiha tingħalaq il-proċedura orali.DispożittivIl-Kawżi T-35/10 u T-7/11 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.Ir-rikorsi huma miċħuda.Bank Melli Iran għandu jbati l-ispejjeż tiegħu, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.Ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.