Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 - FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-349/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussel, il-Belġju), Satec Handelsgesellschaft mbH (Elmshorn, il-Ġermanja), Belchim Crop Protection NV (Londerzeel, il-Belġju), FMC Foret SA (Sant Cugat del Valles, Spanja), F&N Agro Slovensko s.r.o. (Bratislava, Slovakja), F&N Agro Ceská republika s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka), F&N Agro Polska sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) u FMC Corp. (Philadelphia, l-Istati Uniti ta' l-Amerika) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-annullament tad-Deċiżjoni 2007/415/KE;

tiddikjara l-illegalità u n-nuqqas ta' applikazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel rikorrenti, u r-reviżjoni ta' l-inkartament tagħha dwar il-carbosulfan ta' l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1490/002 ;

tordna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-talbiet u l-argumenti prinċipali li fuqhom jibbażaw ruħhom ir-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk fil-Kawża T-326/07 Cheminova et vs Il-Kummissjoni.

____________