Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Settembru 2007 - FMC Chemical et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-350/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: FMC Chemical SPRL (Brussell, Il-Belġju), Arysta Lifesciences SAS (Nogueres, Franza), Belchim Crop Protection NV (Londerzeel, Il-Belġju), FMC Foret SA (Barcelona, Spanja), F&N Agro Slovensko s.r.o. (Bratislava, Is-Slovakja), F&N Agro Česká republika s.r.o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka), F&N Agro Polska (Varsavja, Il-Polonja), FMC Corp. (Philadelphia, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: K. Van Maldegem, C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/416/KE;

tiddikjara l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 1490/2002 inapplikabbli għar-rikorrenti u għall-proċedura ta' evalwazzjoni tal-fajls dwar il-carbofuran u tikkonstata l-illegalità tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tbati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u argumenti prinċipali tar-rikorrenti huma identiċi jew simili għal dawk żviluppati fil-kawża T-326/07, Cheminova et vs Il-Kummissjoni.

____________