Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta' Settembru 2010 - Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-348/07) 1

"Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu - Iffriżar ta' fondi - Pożizzjoni Komuni 2001/931/PBSK u Regolament (KE) Nru 2580/2001 - Rikors għal annullament - Aġġustament tat-talbiet - Stħarriġ ġudizzjarju - Kundizzjonijiet għall-implementazzjoni ta' miżuri tal-Unjoni ta' ffriżar ta' fondi"

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Stichting Al-Aqsa (Heerlen, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. Pauw, G. Pulles, A. M. van Eik u M. Uiterwaal, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan, G.-J. Van Hegelsom u B. Driessen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. M. Wissels, M. de Mol u Y. de Vries, aġenti); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. van Nuffel u S. Boelaert, aġenti)

Suġġett

Inizjalment, essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE (ĠU L 169, p. 58), sa fejn tikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/445/KE, tat-28 ta' Ġunju 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li tirrevoka d-Deċiżjonijiet 2006/379/KE u 2006/1008/KE, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/868/KE, tal-20 ta' Diċembru 2007, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/445, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/583/KE, tal-15 ta' Lulju 2008, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2007/868, id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/62/KE, tas-26 ta' Jannar 2009, li timplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2008/583 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 501/2009, tal-15 ta' Ġunju 2009, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 u li jħassar id-Deċiżjoni 2009/62, huma annullati sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lil Stichting Al-Aqsa.

2)    Il-bqija tar-rikors huwa miċħud.

3)    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, l-ispejjeż ta' Stichting Al-Aqsa.

4)    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 269, 10.11.2007.