Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2019 – Hypo Vorarlberg Bank vs SRB

(Kawżi magħquda T-377/16, T-645/16 u T-809/16) 1

(“Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Fond uniku ta’ riżoluzzjoni (SRF) – Deċiżjoni tas-SRB dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 – Rikors għal annullament – Inċidenza diretta u individwali – Ammissibbiltà – Rekwiżiti formali essenzjali – Awtentikazzjoni tad-deċiżjoni – Proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni – Obbligu ta’ motivazzjoni – Limitazzjoni tal-effetti tas-sentenza ratione temporisˮ)

Lingwa tal-kawża:il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hypo Vorarlberg Bank AG, li kienet Vorarlberger Landes- und Hypothekenbank AG (Bregenz, l-Awstrija) (rappreżentanti: G. Eisenberger u A. Brenneis, avukati)

Konvenut: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: B. Meyring, S. Schelo, T. Klupsch u S. Ianc, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentant: G. Palmieri, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06), u, it-tieni nett, tad-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li tissupplimenta d-Deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/13), inkwantu dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

Fil-Kawżi T-645/16 u T-809/16, ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli.

Fil-Kawża T-377/16, id-deċiżjoni tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/06) u d-deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2016 dwar l-aġġustament tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li tissupplimenta d-Deċiżjoni tas-SRB fis-sessjoni eżekuttiva tiegħu tal-15 ta’ April 2016 dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2016 għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2016/13), huma annullati inkwantu dawn jikkonċernaw lil Hypo Vorarlberg Bank AG.

Is-SRB għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti minn Hypo Vorarlberg Bank fil-Kawża T-377/16.

Hypo Vorarlberg Bank għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mis-SRB, fil-Kawżi T-645/16 u T-809/16, kif ukoll fil-Kawża T-645/16 R.

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 343, 19.9.2016.