Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Novembru 2011 - Groupe Gascogne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/06) 

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Limitu massimu ta' 10 % tad-dħul mill-bejgħ - Proporzjonalità")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Groupe Gascogne SA (St. Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: inizjalment C. Lazarus, sussegwentement P. Hubert u E. Durand, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Castillo de la Torre u F. Arbault, sussegwentement F. Castillo de la Torre u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali u talba għar-riforma fid-Deċiżjoni tal-Kummisjoni C(2005) 4634 finali, tat-30 ta' Diċembru 2005, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 KE (Każ COMP/38354 - Boroż industrijali), dwar akkordju fuq is-suq tal-boroż industrijali tal-plastik u talba għal riforma tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Groupe Gascogne SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 96, 22.04.2006.