Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-21 ta' Ottubru 2008 - Cassegrain vs UASI (Forma ta' baskett)

(Kawża T-73/06)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva - Forma ta' baskett - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean Cassegrain SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: Y. Coursin u T. van Innis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Suġġett

Rikors imressaq kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 687/2005-2) dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv forma ta' baskett bħala trade mark Komunitarja

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Jean Cassegrain SAS hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 108, 6.5.2006.