Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-17 ta' Diċembru 2008 - Fox Racing vs UASI - Lloyd IP (SHIFT)

(Kawża T-74/06)1

("Trade mark Komunitarja - Mhemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fox Racing, Inc. (Morgan Hill, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Laporta Insa, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Lloyd IP Limited (Penrith, ir-Renju Unit) (rappreżentant: R. Elliot, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta' Diċembru 2005 (Każ R 1180/2004-1) dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Lloyd IP Limited u Fox Racing, Inc.

Dispożittiv

Mhemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut.

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 108, 6.5. 2006.