Language of document :

Rikors ippreżentat fit-18 ta' Awwissu 2009 - J & F Participações vs UASI - Fribo Foods (Friboi)

(Kawża T-324/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & F Participações SA (Sorocaba, Brażil) (rappreżentant: A. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fribo Foods Ltd (Wrexham, ir-Renju Unit)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-22 ta' April 2009 fil-Każ R 824/2008-1; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark figurattiva "Friboi", għal prodotti fil-klassi 29

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark verbali "FRIBO", irreġistrata fir-Renju Unit, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva "Fribo", irreġistrata fir-Renju Unit, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali "FRIBO", irreġistrata fil-Ġermanja, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva "FRIBO", irreġistrata fil-Ġermanja, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali "FRIBO", irreġistrata fi Franza, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva "FRIBO", irreġistrata fi Franza, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark verbali "FRIBO", irreġistrata fl-Italja, għal prodotti fil-klassi 29; it-trade mark figurattiva "FRIBO", irreġistrata fl-Italja, għal prodotti fil-klassi 29.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell parzjalment milqugħ

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell sostna, b'mod żbaljat, li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 42 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell għamel żball li ħa inkunsiderazzjoni provi dwar l-użu, ippreżentati mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell, li ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-imsemmija dispożizzjoni legali u li ma kinux jagħtu prova tal-post, taż-żmien, tal-portata u tan-natura tal-użu.

____________