Language of document :

Appell ippreżentat fis-17 ta' Awwissu 2009 minn Vahan Adjemian et mis-sentenza mogħtija fl-4 ta' Ġunju 2009 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawżi magħquda F-134/07, Adjemian et vs Il-Kummissjoni, u F-8/08, Renier vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-325/09 P)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: : Vahan Adjemian (Angera, l-Italja), Matteo Ambietti (Gallarate, l-Italja), Elisabetta Avanti (Vedano Olona, l-Italja), Daniela Baiguera (Cadrezzate, l-Italja), Douglas James Beare (Azzale, l-Italja), Valentina Benzi (Varese, l-Italja), Maria Nicoletta Berta (Buguggiate, l-Italja), Conrad Bielsky (Ispra, l-Italja), Maria Bielza Diaz-Caneja (Ispra), Roberta Bino (Ispra), Kristin Boettcher (Ranco, l-Italja), Valeria Boschini (Taino, l-Italja), Mounir Bouhifd (Arolo di Leggiuno, l-Italja), Cristina Brovelli (Ispra), Daniela Brovelli (Ranco), Clementine Burnley (Taino), Daniela Buzica (Ispra), Giovanni Calderone (Leggiuno, l-Italja), Marco Canonico (Refrancore, l-Italja), Stefano Casalegno (Angera), Javier Castro Jimenez (Ispra), Denise Cecconello (Cocquio Trevisago, l-Italja), Francesca Cellina (Varese), Francesca Cenci (Travedona Monate, l-Italja), Laura Ceriotti (Dairago, l-Italja), Houtai Choumane (Laveno), Graziella Cimino Reale (Guidonia Monticelio, l-Italja), Marco Clerici (Legnano, l-Italja), Bruno Combal (Besozzo, l-Italja), Costanza Giulia Conte (Ispra), Tatiana Conti (Vedano Olona), Domenica Cortellini (Brebbia, l-Italja), Orna Cosgrove (Varese), Giulio Cotogno (Rovellesca, l-Italja), Cristina Croera (Taino), Ana Maria Cruz Naranjo (Cardana di Besozzo, l-Italja), Barbara Cuniberti (Angera), Bianca D'Alimonte (Sesto Calende, l-Italja), Miranta Dandoulaki (Aeni, il-Greċja), Alexander De Meij (Leggiuno), Wim Decoen (Brebbia), Christiane Deflandre (Travedona Monate), Riccardo Del Torchio (Gemonio, l-Italja), Elena Demicheli (Sesto Calende), Manuela Di Lorenzo (Sangiano, l-Italja), Stefano Donadello (Arsago Seprio, l-Italja), Anna Donato (Taino), Bruno Duarte De Matos E Sousa Pereira (Ispra), Sami Dufva (Biandronno, l-Italja), Wesley Duke (Gavirate, l-Italja), Diego Escudero Rodrigo (Taino), Claudio Forti (Malgesso, l-Italja), Monica Gandini (Buguggiate), Aliki Georgakaki (Alkmaar, l-Olanda), Giovanni Giacomelli (Laveno), Alessandra Giallombardo (Gavirate), Nadia Giboni (Brebbia), Maria Giovanna Giordanelli (Vergiate, l-Italja), Maria Giuseppina Grillo (Sangiano), Manuela Grossi (Ranco), Laurence Guy-Mikkelsen (Angera), Rachel Margaret Harvey-Kelly (Cardana di Besozzo), Paul Hasenohr (Arolo di Leggiuno), Ulla Marjaana Helminen (Laveno), Gea Huykman (Db Anna Paulowna, l-Olanda), Elisabeth Marie Cecile Joossens (Biandronno), Lyudmila Kamburska (Ranco), Maria Cristina La Fortezza (Arsago Seprio), Debora Lacchin (Brebbia), Rafal Leszczyna (Varese), Amin Lievens (Taino), Silvia Loffelholz (Gavirate), Davide Lorenzini (Varese), Chiara Macchi (Casalzuigno, l-Italja), Andrew John Edgar MacLean (Varese), Andrea Magistri (Ispra), Alessia Maineri (Varese), Simone Malfara (Ispra), Adriana Marino (Taino), Patrizia Masoin (Brussell, il-Belġju), Matteo Mazzuccato (Legnano), Stefania Minervino (Cittiglio, l-Italja), Eduardo Luis Montes Torralbo (Ispra), Davide Moraschi (Sevilja, Spanja), Claudio Moroni (Besozzo), Giovanni Narciso (Ispra), Andrew Darren Nelson (Angera), Elisa Nerboni (Angera), Isabella Claudia Neugebauer (Arolo di Leggiuno), Francesca Nicoli (Laveno), Victor Alexander Nievaart (Am Alkmaar), Magdalena Novackova (Am Alkmaar), Joanna Nowak (Ispra), Victoria Wendy O'Brien (Angera), Davide Orto (Gallarate), Alessio Ossola (Brebbia), Silvia Parnisari (Arona, l-Italja), Manuela Pavan (San Felice, l-Italja), Immaculada Pizzaro Moreno (Sevilja, Spanjail-), Marina Pongillupi (Ranco), Marsia Pozzato (Sesto Calende), Elisa Pozzi (Taino), Giovanna Primavera (Angera), Michele Rinaldin (Sesto Calende), Alice Ripoli (Gavirate), Emanuela Rizzardi (Laveno), Michela Rossi (Taino), Andrew Rowlands (Bodio, l-Italja), Helen Salak (Cocquio Trevisago), Jaime Sales Saborit (Ispra), Maria Sonia Salina (Vergiate), Anne Marie Sanchez Cordeil (Besozzo), Ferruccio Scaglia (Oleggio, l-Italja), Niels Schulze (Sesto Calende), Francesca Serra (Cadrezzate), Penka Shegunova (Geel, Belġju), Donatella Soma (Ispra), Monica Squizzato (Inarco, l-Italja), Alan Steel (Laveno), Robert Oleij Strobl (Ranco), Marcel Suri (Brebbia), Malcolm John Taberner (Monvalle, l-Italja), Martina Telo, (Vicenza, l-Italja), Saara Tetri (Cittiglio), Barbara Claire Thomas (Cocquio Trevisago), Donatella Turetta (Ranco), Adamo Uboldi (Cardana di Besozzo), Monica Vaglica (Osmate, l-Italja), Paulo Valente De Jesus Rosa (Travedona Monat), Corinna Valli, (Leggiuno), Federica Vanetti (Cittiglio), Christophe Vantongelen (Besozzo), Irene Vernacotola (Legnano), Ottaviano Veronese (Segrate, l-Italja), Patricia Vieira Lisboa (Angera, l-Italja), Maria Pilar Vizcaino Martinez, (Monvalle), Giulia Zerauschek (Trieste, l-Italja), Marco Zucchelli (Ternate, l-Italja), Erika Adorno (Travedona Monate), Valeria Bossi (Comerio, l-Italja), Barbara Cattaneo (Leggiuno), Claudia Cavicchioli (Caravate, l-Italja), Fatima Doukkali (Varese), Orla Huryley (Ranco), Romina La Micela (Besozzo), Lucia Martinez Simon (Ranco), Daniela Piga (Roggiano, l-Italja), Pamela Porcu (Cittiglio), Silvia Sciacca (Varese), Sarah Solda (Brebbia), Cristina Zocchi (Bregano, l-Italja), Angela Baranzini (Besozzo), Elly Bylemans (Balen, l-Italja), Sabrina Calderini (Solbiate Arno, l-Italja), Davide Capuzzo (Vergiate), Ivano Caravaggi (Besozzo), Elisa Dalle Molle (Ranst, il-Belġju), Wendy De Vos (Groot-Bijgaarden, il-Belġju), Volkmar Ernst (Weingarten, il-Ġermanja), Matteo Fama (Sangiano, l-Italja), Arianna Farfaletti Casali (Varese), Sasa Gligorijevic (Monvalle), Raffaella Magi Galluzzi (Varese), Sophie Mühlberger (Karlsruhe, il-Ġermanja), Pamela Muscillo (Varese), Jan Paepen (Balen), Marco Paviotti (Bagnaria Arsa, l-Italja), Slavka Prvakova (Eg Akmaar, l-Olanda), Andreas Ratzel (Linkenheim, il-Ġermanja), Thierry Romero (Strasbourg, Franza), Jose Pablo Solans Vila (Monvalle), Susan Wray (TM Tutjenhoin, l-Olanda), Sven Wurzer (Linkenheim), Sylvia Zamana (RZ Castricum, l-Olanda), Uwe Zweigner (Leopoldshafen, il-Ġermaniż), Colette Renier (Brussell) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u E. Marchal, avocats)

Appellati: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

Tannulla s-sentenza tal-4 ta' Ġunju 2009 fil-Kawżi magħquda F-134/07, Adjemian et vs Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, u F-8/08, Renier vs Il-Kummissjoni, sostnuta mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Filwaqt li tiddeċiedi permezz ta' dispożizzjonijiet ġodda, wara li tikkonstata li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tat-28 ta' April 2004 dwar it-tul massimu li matulu jista' jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha hija illegali u li l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg mhuwiex applikabbli inkwantu jillimita t-tul tal-kuntratti tal-membri tal-persunal kuntrattwali awżiljarju,

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-23 ta' Awwissu u tal-31 ta' Ottubru 2007 li jiċħdu l-Ilmenti R/263/07 u R/492/07 imressqa kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li l-impjieg tal-appellanti bħala membri tal-persunal kuntrattwali jiġġedded biss għal-tul determinat;

tannulla d-deċiżjoni tal-31 ta' Ottubru 2007 li tiċħad l-Ilment R/390/07 imressqa kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li tikkonkludi kuntratt jew li l-impjieg tal-appellanti (Adorno et - lista 2 tal-appellanti) bħala membri tal-persunal kuntrattwali jiġġedded biss għal-tul determinat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Settembru 2007 li tiċħad it-talbiet tar-rikorrenti, tal-31 ta' Mejju u tal-20 ta' Lulju 2007, sabiex il-kuntratt tagħhom bħala membri tal-persunal kuntrattwali jiġi estiż għal tul indeterminat;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2007 li tiċħad l-ilment imressaq kontra d-deċiżjoni tal-5 ta' Settembru 2007 li tiċħad it-talbiet tal-appellanti, tal-31 ta' Mejju u tal-20 ta' Lulju 2007, sabiex il-kuntratt tagħhom bħala membri tal-persunal kuntrattwali jiġi estiż għal tul indeterminat;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiffissaw il-kundizzjonijiet rispettivi tal-impjieg tal-appellanti inkwantu l-impjieg tagħhom jew l-estensjoni ta' dan l-impjieg huma limitati għal tul determinat;

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta' dan l-appell, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem it-"Tribunal") tal-4 ta' Ġunju 2009, mogħtija fil-kawżi magħquda Adjemian et vs Il-Kummissjoni, F-134/07, u Renier vs Il-Kummissjoni, F-8/08, li jiċħdu r-rikorsi li permezz tagħhom l-appellanti kienu talbu l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, u ċ-ċaħda tal-ilmenti tagħhom f'dan ir-rigward, li l-kuntratti tagħhom bħala membri tal-persunal kuntrattwali jiġġeddu biss għal tul determinat u mhux għal tul indeterminat.

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw numru ta' aggravji bbażati:

fuq żball ta' liġi mwettaq mit-Tribunal meta ddeċieda li d-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP1 ma setgħetx isservi bħala bażi għal eċċezzjoni ta' illegalità kontra dispożizzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta' impjegati oħra tal-Komunitajiet Ewropej (iktar 'il quddiem il-"Kondizzjonijiet tal-impjieg");

fuq żball ta' liġi mwettaq mit-Tribunal meta ddeċieda li l-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss, li għandu l-għan li jistabbilixxi qafas sabiex jipprevjeni l-abbużi li jirriżultaw mill-użu ta' relazzjonijiet tax-xogħol jew ta' kuntratti għal tul determinat suċċessivi, ma setax iservi bħala bażi għal eċċezzjonijiet ta' illegalità kontra l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' April 2004 dwar it-tul massimu li matulu jista' jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tal-Kummissjoni u billi ddeċieda li l-Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg kien motivat kif meħtieġ mil-liġi;

fuq żbalji ta' dritt u ta'fatt imwettqa mit-Tribunal meta evalwa s-sitwazzjoni tal-appellanti fid-dawl tal-obbligu tal-Kummissjoni li tosserva r-rekwiżiti minimi applikabbli fuq livell Komunitarju li jirriżultaw mill-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss kif ukoll mill-Artikolu 10KE;

fuq il-fatt li t-Tribunal, wara li speċifika l-portata tal-obbligu ta' lealtà u tal-prinċipji ta' kooperazzjoni leali u ta' koerenza li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tosserva, ma wasal għal ebda konklużjoni fuq il-ksur tagħhom fil-każ inkwistjoni;

fuq żball ta' liġi mwettaq mit-Tribunal meta ddeċieda li d-deċiżjonijiet ikkontestati kienu mmotivati kif meħtieġ mil-liġi minkejja li dawn kienu jinkludu, skont l-appellanti, biss motivazzjoni formali u ma kinux jipprovdu l-elementi li setgħu jippermettu li l-appaellanti jevvalwaw il-fondatezza tagħhom u li l-Qorti Komunitarja teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha.

____________

1 - ĠU L 175, p. 43