Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Frar 2011 - J & F Participações vs UASI - Plusfood Wrexham (Friboi)

(Kawża T-324/09) 1

"Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva Friboi - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FRIBO - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009"

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: J & F Participações SA (Sorocaba, il-Brażil) (rappreżentant: A. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Plusfood Wrexham Ltd (Llay, Wrexham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. van Roeyen, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta' April 2009 (Każ R 824/2008-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Fribo Foods Ltd u Agropecuaria Friboi, Ltda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

J & F Participações SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 256, 24.10.2009.