Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2013 – EMA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-116/11) 1

[“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt Programm Qafas dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni li jikkontribwixxu għall-ħolqien taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u għall-innovazzjoni (2002/2006) – Kuntratti Dicoems u Cocoon – Nuqqas ta’ konformità mal-istipulazzjonijiet kuntrattwali ta’ parti mill-ispejjeż iddikjarati – Rexissjoni ta’ kuntratti – Rimbors ta’ parti mis-somom imħallsa – Danni – Kontrotalba – Responsabbiltà mhux kuntrattwali – Arrikkiment indebitu – Rikors għal annullament – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Att li jidħol fl-ambitu ta’ kuntest purament kuntrattwali li minnu huwa inseparabbli – Nota ta’ debitu – Inammissibbiltà”]

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Association médicale européenne (EMA) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Franchi u L. Picciano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u F. Moro, aġenti, assistiti minn D. Gullo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba prinċipali intiża, l-ewwel nett, għar-rimbors tal-ispejjeż sostnuti għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt Nru 507126 dwar il-proġett Cocoon u l-kuntratt Nru 507760 dwar il-proġett Dicoems, konklużi rispettivament fis-7 u d-19 ta’ Diċembru 2003 bejn il-Kummissjoni u r-rikorrenti, it-tieni nett, sabiex tiġi ddikjarata illegali d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li jiġu rexissi l-imsemmija kuntratti, it-tielet nett, sabiex tiġi annullata n-nota ta’ debitu korrispondenti u, r-raba’ nett, li jitħallas kumpens għad-dannu subit kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba sussidjarja bbażata fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni.DispożittivIr-rikors tal-Association médicale européenne (EMA) huwa milqugħ sa fejn jirrigwarda r-rimbors tal-ispejjeż diretti tal-persunal marbuta mal-kuntratti Cocoon u Dicoems ta’ ammont ta’ EUR 17 231.28 kif ukoll l-ispejjeż indiretti u relatati li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-imsemmija kuntratti. Il-kumplament tar-rikors tal-EMA huwa miċħud.Il-kontrotalba tal-Kummissjoni Ewropea hija miċħuda. Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża 116/11 R.