Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-17 ta’ Settembru 2020 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, J.M.-E.V. e hijos SRL (C-449/18 P) u J.M.-E.V. e hijos SRL vs Lionel Andrés Messi Cuccittini, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (C-474/18 P)

(Kawżi Magħquda C-449/18 P u C-474/18 P) 1

(Appell – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 8(1)(b) – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea MESSI – Trade marks verbali tal-Unjoni Ewropea preċedenti MASSI – Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

(Kawża C-449/18 P)

Appellant: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lionel Andrés Messi Cuccittini (rappreżentanti): J.-Y. Teindas Maillard u J.-B. Devaureix, avukati), J.M.-E.V. e hijos SRL (rappreżentanti: J. Güell Serra u R. Gimeno-Bayón Cobos, abogados)

(Kawża C-474/18 P)

Appellant: J.M.-E.V. e hijos SRL (rappreżentanti: J. Güell Serra u R. Gimeno-Bayón Cobos, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: Lionel Andrés Messi Cuccittini (rappreżentanti): J.-Y. Teindas Maillard u J.-B. Devaureix, avukati), l-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Dispożittiv

L-appelli huma miċħuda.

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini fil-Kawża C-449/18 P.

J.M.-E.V. e hijos SRL għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Lionel Andrés Messi Cuccittini u mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-Kawża C-474/18 P.

____________

1     ĠU C 393, 29.10.2018.