Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-4 ta' April 2011 AO vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-45/10) 1

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Miżura dixxiplinarja - Tneħħija minn pożizzjoni - Artikolu 35 (1)(d) u 2(a) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Schober, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni CMS 07/046 li tneħħi lir-rikorrent mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis mill-pensjoni b'effett mill-15 ta' Awwissu 2009 u għall-annullament tad-deċiżjonijiet kollha meħuda kontra r-rikorrent minn Settembru 2003 sat-tneħħija mill-pożizzjoni tiegħu kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv tad-digriet

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat.

Ir-rikorrent għandu jbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 221, 14.08.10, p. 60.