Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2024 – Versiontech vs EUIPO – Verizon Trademark Services (VersionTech)

(Kawża T-242/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Versiontech, Inc. (Brooklyn, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: I. Díaz de Bustamante y Terminel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verizon Trademark Services LLC (Washington, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea VersionTech – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 017 336

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ Marzu 2024 fil-Każ R 31/2023-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni mill-pubbliku rilevanti bejn it-trade marks inkwistjoni

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali tat-trade mark inkwistjoni u tiddikjara l-validità sħiħa tagħha;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż kollha relatati mal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità, għall-proċedimenti tal-appell quddiem l-EUIPO, u għall-proċedura ta’ appell quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________