Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Mejju 2024 – MAZ-upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz vs Il-Kunsill

(Kawża T-240/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: OAO Minskii Avtomobilnyi Zavod - upravljajusaja kompanija holdinga Belavtomaz (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2024/768 tas-26 ta’ Frar 2024 li jimplimenta l-Artikolu 8a tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna 1 , u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/769 tas-26 ta’ Frar 2024 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna 2 , sa fejn dawn jikkonċernaw u jaffetwaw lir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Artikolu 2(5) tar-Regolament Nru 765/2006 u l-Artikolu 4(1)(b) tad-Deċiżjoni 2012/642, kif emendata bl-atti kkontestati (iktar ’il quddiem il-“Kriterju 4(1)(b)”) huma illegali

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni, sussidjarjament, ta’ żball ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni tal-Kriterju 4(1)(b) u fuq nuqqas ta’ osservanza tal-oneru tal-prova.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.

____________

1 ĠU L, 2024/768.

1 ĠU L, 2024/769.