Language of document : ECLI:EU:T:2011:10





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tad-19 ta’ Jannar 2011 – Häfele vs UASI – Topcom Europe (Topcom)

(Kawża T-336/09)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Topcom – Trade marks Komunitarji u tal-Benelux verbali preċedenti TOPCOM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tal-prodotti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 25, 26, 42)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Ġunju 2009 (Każ R 1500/2008‑2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Topcom Europe NV u Häfele GmbH & Co. KG.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Häfele GmbH & Co. KG

Trade mark Komunitarja kkonċernata:

Trade mark verbali Topcom għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5032149

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Topcom Europe NV

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

Trade marks verbali Komunitarji u tal-Benelux TOPCOM irreġistrati għal prodotti fil-klassi 9

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell milqugħ, oppożizzjoni milqugħa u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Häfele GbmH & Go. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Topcom Europe NV għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).