Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

(Kawża T-264/09) 1

"Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta' azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt"

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti); u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

Suġġett

Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b'mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 220, 12.09.2009.