Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2014 – José Manuel Baena Grupo, SA vs UASI – Neuman u Galdeano del Sel (Rappreżentazzjoni ta’ persuna bilqiegħda)
(Kawża T-28/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: José Manuel Baena Grupo, SA (Santa Perpètua de Mogoda, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel (Tarifa, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
tannulla d-deċiżjoni tal-UASI;
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn Komunitarju rreġistrat taħt in-Nru 426 895-0002 għal “ornamentazzjoni għal teeshirts, ornamentazzjoni għal brieret, ornamentazzjoni għal stikers, ornamentazzjoni għal materjal stampat, inkluż materjal pubbliċitarju”.
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: José Manuel Baena Grupo
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel
Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark figurattiva Komunitarja Nru 1 312 651, għal prodotti fil-klassijiet 25, 28 u 32 tal-Klassifikazzjoni ta’ Nice
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: rikors u t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud parzjalment
Motivi invokati: interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji