Language of document :

Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Ottubru 2013 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-107/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: É. Boigelot, R. Murru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li timponi sanzjoni dixxiplinari lir-rikorrent skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ta’ talba għal kumpens għal danni morali allegatament subiti u talba ta’ rimbors tas-somom diġà mnaqqsa.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Marzu 2013 li timponi fuqu sanzjoni ta’ tnaqqis ta’ terz tal-pensjoni netta ta’ kull xahar għal tul ta’ sentejn;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent, tistabbilixxi s-somma globali ta’ EUR 10 000, bla ħsara għal żieda matul il-proċedura;tikkundanna liIl-Kummissjoni għall-ispejjeż.