Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2014 – Golam vs UASI – Glaxo Group (METABIOMAX)

(Kawża T-62/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali METABIOMAX – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BIOMAX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Glaxo Group Ltd (Greenford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Ballas u N. Prentoulis, avukati)SuġġettRikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-30 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2089/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Glaxo Group Ltd u Sofia Golam.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.