Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fil-5 ta’ Diċembru 2023 – Maksu- ja Tolliamet vs UT

(Kawża C-745/23, Alenopik 1 )

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maksu- ja Tolliamet

Konvenut: UT

Domanda preliminari

Kif għandha tiġi ddeterminata r-rata tal-kambju li abbażi tagħha għandu jiġi stabbilit il-valur tal-flus kontanti fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1672 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar kontrolli fir-rigward ta’ flus kontanti deħlin fl-Unjoni jew ħerġin mill-Unjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1889/2005 1 , fil-każ ta’ munita li r-rata tal-kambju tagħha ma hijiex ippubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew?

____________

1     L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.

1     ĠU 2018, L 284, p. 6, rettifika fil-ĠU 2020, L 435, p. 79.