Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Settembru 2013 – Urb Rulmenti Suceava vs UASI – Adiguzel (URB)

(Kawża T-506/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Urb Rulmenti Suceava SA (Suceava, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Burdusel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harun Adiguzel (Diosd, l-Ungerija)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Lulju 2013, fil-Każ R 1309/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż; u

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż sostnuti matul il-proċedimenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “URB” għal prodotti fil-klassijiet 6 u 7 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 7 380 009

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità taħt l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 u raġunijiet relattivi ta’ invalidità taħt l-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) u 73 tar-Regolament Nru 207/2009.