Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2014 – Heinrich vs UASI – Il-Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)

(Kawża T-430/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva European Network Rapid Manufacturing – Raġuni assoluta għal rifjut – Imitazzjoni tal-emblema ta’ organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva – Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Heinrich Beteiligungs GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2012 (Każ R 793/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Beteiligungs GmbH.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Heinrich Beteiligungs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).

____________

1     ĠU C 355, 17.11.2012.