Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2018 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-125/13, T-152/13 u T-167/13) 1

(“Għajnuna mill-Istat – Servizzi ta’ groundhandling – Kontribuzzjonijiet ta’ kapital imwettqa minn SEA favur Sea Handling – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha – Tħassir parzjali – Rinunzja – Ma hemmx parzjalment lok li tingħata deċiżjoni – Tneħħija mir-reġistru tal-impriżi”)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti fil-Kawża T-125/13: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Rikorrenti fil-Kawża T-152/13: Sea Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo, M. Merola u L. Cappelletti, sussegwentement B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. Merola, avukati)

Rikorrenti fil-Kawża T-167/13 : Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti fil-Kawża T-152/13 : Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: M. Merola, B. Nascimbene, F. Rossi dal Pozzo u M. C. Toniolo, avukati) u Comune di Milano (l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment S. Grassani u A. Franchi, sussegwentement S. Grassani, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Conte u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1225 tad-19 ta’ Diċembru 2012 rigward l-injezzjonijiet ta’ kapital minn SEA SpA f’SEA Handling SpA ((SA.21420 (C 14/10) (ex NN 25/10) (ex CP 175/06)) (ĠU 2015, L 201, p. 1).

Dispożittiv

Il-Kawżi T-125/13, T-152/13 u T-167/13 huma separati għall-finijiet tal-fażi orali tal-proċedura kif ukoll tad-deċiżjoni li ttemm l-istanza.

Il-Kawża T-125/13 hija mħassra mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ippreżentat minn Sea Handling SpA fil-Kawża T-152/13.

Fil-Kawża T-125/13, ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Fil-Kawża T-152/13, Sea Handling u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk relatati mall-proċeduri għal miżuri provviżorji. Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) u l-Comune di Milano (l-Italja) għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mal-Kawża T-152/13.

Fil-Kawża T-167/13, l-ispejjeż huma rriżervati.

____________

1     ĠU C 114, 20.4.2013.