Language of document :

Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2023 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-524/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels u A. Ferrand, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tikkonstata li r-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta’ Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern 1 , billi naqas milli jittrasponi korrettament l-Artikolu 8(7) tagħha;

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni tqis li r-Renju tal-Belġju ma ttrasponiex korrettament l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva (UE) 2016/116. Il-Kummissjoni ma għandha ebda informazzjoni li tagħti prova tat-traspożizzjoni effettiva u kompleta ta’ dan l-artikolu.

____________

1     ĠU 2016, L 193, p. 1.