Language of document : ECLI:EU:T:2010:302





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Lulju 2010 – Strålfors vs UASI (IDENTIFICATION SOLUTIONS)

(Kawża T-212/10)

“Rikors għal annullament – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Inammissibbiltà manifesta”

Proċedura - Rikors promotur - Rekwiżiti proċedurali - Sunt tal-motivi invokati - Motivi ta’ dritt li ma ġewx esposti fir-rikors - Riferiment għall-annessi kollha - Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1)(ċ)) (ara l-punti 5-7)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-22 ta’ Jannar 2010 (Każ R 1112/2009-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS bħala trade mark Komunitarja.

Informazzjoni dwar il-kawża

Applikant għat-trade mark Komunitarja:

Strålfors AB

Trade mark Komunitarja  kkonċernata:

Trade mark verbali IDENTIFICATION SOLUTIONS, għal prodotti fil-klassi 16 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8235186

Deċiżjoni tal-eżaminatur:

Reġistrazzjoni parzjalment rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

Appell miċħud u deċiżjoni kkontestata kkonfermata.


Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Iberdrola, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.