Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Marzu 2014 – Globosat Programadora vs UASI – Sport TV Portugal (SPORT TV INTERNACIONAL)

(Kawża T-348/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SPORT TV INTERNACIONAL – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti SPORTV – Raġuni relattiva għal rifjut – Prova ta’ użu tat-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Globosat Programadora Ltda (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: S. Micallef, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sport TV Portugal, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: B. Braga da Cruz u J. Pimenta, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 2079/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Globosat Programadora Ltda u Sport TV Portugal, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Globosat Programadora Ltda hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 311, 13.10.2012.