Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2014 – Grupo Flexi de León vs UASI (FLEXI)

(Kawża T-352/12) 1

(“Trade mark Komunitarja – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLEXI – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjiol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Flexi de León, SA de CV (León, il-Messiku) (rappreżentant: M. Zarobe, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1335/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali FLEXI bħala trade mark Komunitarja.DispożittivIr-rikors huwa miċħudGrupo Flexi de León, SA de CV hija kkundannat għall-ispejjeż.