Language of document : ECLI:EU:T:2013:528





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2013 — Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑474/10)

“Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni (ESP DESIS II) — Klassifikazzjoni ta’ offerent — Għoti ta’ kuntratt — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trasparenza — Ugwaljanza fit-trattament — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Obbligu tal-awtorità kontraenti li teskludi mill-proċedura offerent li wettaq nuqqas serju fil-qasam professjonali — Offerent li jinvoka allegat nuqqas serju fil-qasam professjonali mwettaq mill-kumpannija parent ta’ membru tal-konsorzju li ngħata l-kuntratt — Eżami mill-awtorità kontraenti tal-fatti invokati u tal-kwistjoni tal-imputazzjoni tan-nuqqas tal-kumpannija parent lis-sussidjarja tagħha (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 93(1)(ċ)) (ara l-punti 41, 45, 46)

2.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament — Kriterji ta’ għoti — Għażla mill-awtorità kontraenti — Limiti — Osservanza tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikoli 89 u 97; Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 138) (ara l-punti 66, 101-103, 106-108)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Konklużjoni ta’ kuntratt wara sejħa għal offerti — Setgħa diskrezzjonali tal-istituzzjonijiet — Stħarriġ ġudizzjarju — Limiti (ara l-punti 72, 111, 121, 209)

4.                     Atti tal-istituzzjonijiet — Motivazzjoni — Obbligu — Portata — Deċiżjoni, fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għal servizzi, li ma tintgħażilx offerta — Teħid inkunsiderazzjoni, bħala motivazzjoni, tat-tweġibiet ta’ istituzzjoni għall-mistoqsijiet ta’ offerent eskluż — Kundizzjonijiet — Assenza ta’ sostituzzjoni ta’ motivazzjoni inizjali b’motivazzjoni ġdida — Evalwazzjoni tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tar-rikorrenti fil-mument tal-preżentata tar-rikors (Artikolu 296 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 100(2); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2342/2002, Artikolu 149(3)) (ara l-punti 73-80)

5.                     Rikors għal annullament — Suġġett — Talba għall-annullament ta’ deċiżjoni marbuta strettament ma’ deċiżjoni preċedenti — Ċaħda tat-talba għal annullament tad-deċiżjoni preċedenti li twassal għaċ-ċaħda tat-talba għal annullament tad-deċiżjoni sussegwenti (ara l-punt 212)

6.                     Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kundizzjonijiet — Illegalità — Dannu — Rabta kawżali — Assenza ta’ waħda mill-kundizzjonijiet — Ċaħda tar-rikors għad-danni kollu kemm hu (it-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE) (ara l-punt 215)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament ta’ erba’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni kkomunikati permezz ta’ erba’ ittri distinti tas-16 ta’ Lulju 2010 li l-offerta tar-rikorrenti, sottomessa fil-kuntest tas-sejħa għal offerti DIGIT/R2/PO/2009/045, dwar “Servizzi esterni għall-iżvilupp, l-istudju u s-sostenn ta’ sistemi ta’ informazzjoni” (ESP DESIS II) (ĠU 2009/S 198-283663), tiġi kklassifikata, għal-Lott Nru 1A fit-tieni pożizzjoni, għal-Lott Nru 1B fit-tielet pożizzjoni, għal-Lott Nru 1C fit-tieni pożizzjoni u għal-Lott Nru 3 fit-tielet pożizzjoni, kif ukoll tad-deċiżjonijiet kollha tad-Direttorat Ġenerali tal-Informazzjoni tal-Kummissjoni relatati magħhom, inklużi dawk li l-kuntratti rispettivi jingħataw lill-offerenti kklassifikati fl-ewwel u fit-tieni pożizzjonijiet, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.