Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Mejju 2023 – Fridman vs Il-Kunsill

(Kawża T-296/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mikhail Fridman (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: T. Marembert u A. Bass, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 1 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

Tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/5711 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddul-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

Tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-283/23, Aven vs Il-Kunsill.

____________

1 (ĠU 2023, L 75 I, p. 134).

1 (ĠU 2023, L 75 I, p. 1).