Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Frar 2024 – Atomico Investment vs EUIPO – Gomes Tominaga (atomic fund)

(Kawża T-98/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni atomic fund – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni ATOMICO – Assenza ta’ prova tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti – Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rinviju tal-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Atomico Investment Holdings Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister-at-Law)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Georgieva, D. Gája u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Augusto Gomes Tominaga (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-9 ta’ Diċembru 2022 (Każ R 324/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Atomico Investment Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 127, 11.4.2023.