Language of document :

Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ottubru 2012 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-111/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku li ddeċieda dwar ir-rata ta’ invalidità tar-rikorrent u dwar il-fatt li l-marda tiegħu hija kkaġunata mix-xogħol.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2011 li taċċetta l-konklużjonijiet tal-Kumitat Mediku tal-25 ta’ Awwissu 2011 u nnotifikata lir-rikorrent fit-28 ta’ Novembru 2011;

sa fejn huwa neċessarju, jannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tat-22 ta’ Ġunju 2012;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-ammont iffissat ex aequo et bono u b’mod provviżorju għal EUR 100 000, għad-dannu morali mġarrab;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.