Language of document : ECLI:EU:T:2015:682





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tal-24 ta’ Settembru 2015 –
Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑557/13)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – FAEG u FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament – Infiq li sar fil-kuntest tas-sistema Ewropea ta’ kwoti għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata – Drittijiet tad-difiża”

1.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament għall-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Rifjut definittiv ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal ċertu nfiq – Neċessità ta’ proċedura kontradittorja minn qabel (ara l-punt 51)

2.                     Agrikoltura – Politika agrikola komuni – Finanzjament għall-FAEGG, il-FAEG u l-FAEŻR – Clearance tal-kontijiet – Tfassil tad-deċiżjonijiet – Komunikazzjoni bil-miktub mill-Kummissjoni lill-Istati Membri tar-riżultati tal-verifiki tagħha – Kontenut – Kundizzjonijiet – Nuqqas ta’ osservanza – Effett (Regolament tal-Kunsill Nru 1258/1999, il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 7(4); Regolament tal-Kummissjoni Nru 1663/95, Artikolu 8(1)) (ara l-punti 52-59, 71, 72)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 219, p. 49), sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea ta’ kwoti għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005, ta’ ammont totali ta’ EUR 6 192 951.34.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea ta’ kwoti għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.