Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Jannar 2013 - Welte - Wenu vs UASI - Il-Kummissjoni (EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES)

(Kawża T-413/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva EUROPEAN DRIVESHAFT SERVICES - Raġuni assoluta għal rifjut - Imitazzjoni tal-emblema ta' organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru°207/2009 - Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta' Pariġi - Kontenut tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ammissibbiltà ta' elementi ġodda - Artikolu 56(2) u Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009 - Regola 37(b), (iv) tar-Regolament (KE) Nru°2868/95 - Kompetenza tal-Bord tal-Appell fil-każ ta' appell limitat għal parti mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Welte-Wenu GmbH (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Kahl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Samnadda u F.W. Bulst, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta' Mejju 2011 (Każ R 1590/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Welte-Wenu GmbH.

Dispożittiv

Il-punt 3 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-12 ta' Mejju 2011 (Każ R 1590/2010-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Welte-Wenu GmbH, hija annullata, sa fejn hija tindika li Welte-Wenu għandha tbati l-ispejjeż tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità u tinkludihom fis-somma globali ta' EUR 2 500 li Welte-Wenu għandha tirrimborsa lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Welte-Wenu għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk tal-UASI. Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 298, 08.10.2011.