Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Ottubru 2013 – Biotronik SE vs UASI – Cardios Sistemas (CARDIO MANAGER)

(Kawża T-416/11) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali CARDIO MANAGER – Trade mark nazzjonali verbali CardioMessenger – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik SE & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Reich, S. Pietzcker u R. Jacobs, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda (Sao Paulo, il-Brażil)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1156/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Biotronik SE & Co. KG u Cardios Sistemas Comercial e Industrial Ltda.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Biotronik SE & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 298, 08.10.2011.