Language of document : ECLI:EU:T:2012:636





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 — Hopf vs UASI (Clampflex)

(Kawża T-171/11)

“Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Clampflex — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Artikolu 7 (1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7 (1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru°207/2009”

1.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Kunċett (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(c)) (ara l-punti 24-27)

2.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks li jikkonsistu esklużivament f’sinjali jew indikazzjonijiet li jistgħu jintużaw sabiex jindikaw il-karatteristiċi ta’ prodott jew ta’ servizz — Trade marks li ma humiex ta’ karattru distintiv — Trade mark verbali Clampflex (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(b) u (c)) (ara l-punti 28-43, 46-50, 54-56)

3.                     Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Eżami separat tar-raġunijiet ta’ rifjut fir-rigward ta’ kull wieħed mill-prodotti jew servizzi msemmija fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni — Portata (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 7(1)(c) u 75) (ara l-punti 44, 45)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Clampflex bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tad-19 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1514/2010-4) hija annullata għal dak li jirrigwarda l-prodotti “siringi”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Hans-Jürgen Hopf għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u nofs l-ispejjeż tal-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.