Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad voor Vreemdelingenbetwistingen (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – X, li taġixxi f’isimha stess u fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z vs l-Istat Belġjan

(Kawża C-230/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad voor Vreemdelingenbetwistingen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: X, li taġixxi f’isimha stess u fil-kwalità tagħha ta’ rappreżentanta legali tal-ulied minuri tagħha Y u Z

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 2(f) moqri flimkien mal-Artikolu 10(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li refuġjat li jkun “minuri mhux akkompanjat” li jirrisjedi fi Stat Membru għandu jkun “mhux miżżewweġ” skont il-liġi nazzjonali tiegħu sabiex igawdi mid-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ma’ axxendenti f’linja diretta?

Fl-affermattiv, refuġjat minuri li ż-żwieġ tiegħu li seħħ barra mill-pajjiż ma jiġix irrikonoxxut minħabba motivi ta’ ordni pubbliku, jista’ jitqies li jkun “minuri mhux akkompanjat”, kif imsemmi fl-Artikolu 2(f) u fl-Artikolu 10(3) tad-Direttiva 2003/86/KE?

____________

1     ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224