Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-789/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, L. Malferrari u Iv. Zalogin)

Konvenut: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara li, billi naqset milli tqabbad ir-reġistru kummerċjali Bulgaru mas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS), ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji 1 , u b’mod partikolari taħt l-Artikolu 116 tad-Direttiva 2017/1132 u taħt il-Partijiet A u B, u n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2, tal-Anness III tagħha;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Bi ksur tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU 2017, L 169, p. 46), ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli tqabbad ir-reġistru kummerċjali Bulgaru mas-Sistema ta’ Interkonnessjoni tar-Reġistri Kummerċjali (BRIS).

____________

1     ĠU 2017, L 169, p. 46.